– Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo sostna li l-anzjani m’għandhomx ikunu abbandunati fis-soċjetà anzi għandu jkollhom id-drittijiet tagħhom salvagwardjati u s-servizzi mtejba.
Fil-parlament Ivan Bartolo tkellem l-anzjani u qal li dan il-perjodu issa qed jitwal u qal li l-pajjiż għandu jagħmel il-ħajja tal-anzjani tajba kemm jista’ jkun. Hu qal li l-bniedem m’għandux dritt itemm il–ħajja tal-anzjani sepliċiment minħabba li dawn ikunu ta’ ċertu età.
Minkejja li s-soċjetà Maltija tħobb lill-anzjani, hawn anzjani li huma abbandunati anki minn uliedhom stess. Dan iwassal għal taqlib u solitodni, sostna id-deputat Nazzjonalista, li qal li hu ħażin li l-anzjani jiġu mċaħħda min-neputijiet tagħhom. Hu inaċċettabbli li ssir moħqrija fuq l-anzjani
Iavn Bartolo qal li fil-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali se jitratta l-liġi dwar il-wirt tal-ġenituri biex din tkun diskussa għaliex is-soċjetà għandu jkolha din il-liġi f’ġieħ tant anzjani li huma mweġġa’ fis-skiet ta’ djarhom u fis-satra tal-lejl. Għandha tiżdied bażi oħra meta l-anzjani jiġu abbandunati u għalhekk il-parlament irid jiddiskuti dan il-faqar ġdid u sisr forma ta’ riċerka.
Fil-pajjiż hawn kriżi ta’ waiting lists fid-djar tal-anzjani propju għaliex kulħadd qed jibża’ jkun waħdu. L-anzjani mhumiex ġid, assi u wirt iżda għandhom demm; mhux xieraq li jmutu weħidhom, sostna Ivan Bartolo.
//= $special ?>