Lokali

In-Nazzjon 15.11.2017

Ir-reazzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia għad-dibattitu li sar ilbieraħ filgħaxija fil-Parlament Ewropew dwar is-saltna tad-dritt f’Malta, tiddomina l-ewwel faċċata tal-ġurnal In-Nazzjon. Rapport dettaljat dwar is-sehem tal-Membri Parlamentari Ewropej dwar id-dibattitu tal-bieraħ ukoll jingħata prominenza.

Stejjer oħrajn jirrigwardjaw l-iżvilupp ta’ kamra tan-nar fil-konfini tal-Kunsill Lokali tal-Għarb, l-elezzjoni għall-Viċi Kapijiet tal-PN tas-Sibt li ġej u kif il-Gvern mhu se jagħmel ebda triq ġdida f’Għawdex b’fondi tal-UE fit-tliet snin li ġejjin.

Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi ta’ David Casa, Liam Sciberras u Justin Schembri.