Lokali Qtil Politiku

Azzjoni simbolika quddiem Kastilja

Titpoġġa' pjanta tar-rand quddiem l-uffiċċju tal-Prim Ministru

Bħal-lum xahar inqatlet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Qtil li ħasad lill-pajjiż kollu.

F’għeluq l-ewwel xahar il-grupp Occupyjustice ħallew siġra tar-rand flimkien ma’ messaġġ fuq it-taraġ ta’ Kastilja, l-Ufficju tal-Prim Ministru.

Il-messaġġ, li tħalla flimkien mas-siġra minn rappreżentanti t’#occupyjustice, qal: ‘Prim Ministru, forsi dan ir-rand ifakkrek li ilna xaghar nistennew biex tilqa l-għajta tagħna biex issir ġustizzja. Min ma jridx ikunjaf: Kretin; Min ma jaghmel xejn: Kodard; Min jaf u ma jagħmel xejn: Kompliċi.’

L-attivisti jridu illi l-istituzzjonijiet ewlenin ma jkunux kkontrollati mill-gvern u li s-saltna tad-dritt tiġi rrispettata.

Ir-rand huwa simbolu ta’ qawwa u ta’ kuraġġ li l-grupp #occupyjustice qieghed juża wara li ulied Daphne Caruana Galizia – Matthew, Andrew u Paul – bagħtu weraq tar-rand bħala sinjal tal-apprezzament tagħhom lill-attivisti li kienu qegħdin jorqdu ġewwa tined barra Kastilja tliet ġimgħat ilu.

Occupyjustice qiegħda tinsisti li l-Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar, u l-Avukat Ġenerali, Peter Grech, għandhom jirreżenjaw minnufieh mill-kariga li jokkupaw u li jiġu appuntati minflokhom persuni li jgawdu mill-fiduċja ta’ zewġ terzi tal-Kamra tad-Deputati.