Il-President tal-Liga Javier Tebas ikkonferma li mill-bidu tal-istaġun li ġej is-sistema tal-VAR, se tkun introdotta fil-Liga Spanjola wkoll.
Din is-sistema bdiet tintuża din is-sena kemm fil-kampjonat Ġermaniż tal-Bundesliga kif ukoll fil-kampjonat Taljan tas-Serie A.
Is-sistema għad trid tiġi mtejba iżda l-kummenti ġenerali kemm fil-Ġermanja kif ukoll fl-Italja huma kummenti pożittivi fejn qed jinqatgġu ħafna polemiċi żejda.
Sa ftit ilu Tebas kien għadu jopponi għal dan il-metodu ta’ teknoloġija, iżda issa jidher li dan biddel fehmtu u kellu jbaxxi rasu għall-inevitabbli.
L-ewwel testijiet se jibdew f’dan l-istaġubn stess fejn id-debutt sperimentali se jkun waqt il-logħba mit-Tazza tar-Re bejn Atletico Madrid u Elche fid-29 ta’ Novembru li ġej.
//= $special ?>