Lokali Qtil Politiku

MESSAĠĠ WIEĦED U ĊAR: “The situation is desperate”

Xahar mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia

Numru ta’ strixxuni matul il-lejl li għadda twaħħlu f’diversi toroq Maltin sabiex jitfakkar għeluq ix-xahar mill-qtil brutali tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Bi kliem sempliċi u ċar, il-kitba fuq dawn il-banners taqra “THE SITUATION IS DESPERATE” b’referenza diretta għall-aħħar sentenzi li kitbet Caruana Galizia fil-blog tagħha.