“Huwa ta’ għajb li minflok protezzjoni mill-awtoritajiet, il-whistleblower li kixfet dettalji importanti fil-każ ta’ Egrant, qed tiġi ffaċjata b’mandat ta’ arrest.”
Stqarr dan il-Partit Nazzjonalista li fi stqarrija ffirmata mill-Kelliem għall-Ġustizzja Jason Azzopardi jiddikjara li ma jittollerax li l-whistleblower u l-familja tagħha jiġu intimidati minn Pilatus Bank, bank li anke l-Parlament Ewropew u l-Kumitat PANA esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-mod kif jopera.
“Dak li gara fil-Parlament Ewropew il-bieraħ ma kienx biżżejjed. Issa l-Gvern irid jarresta lil xhud li għandha dritt fil-Ligi għal protezzjoni kollha bħala whistleblower. Ma fadal ebda dubju li bi Gvern imexxi minn Joseph Muscat il-ligi mhux l-istess għal kulhadd,” tgħid l-istqarrija.
Tkompli li dan jikkuntrasta ferm mal-mod kif mexa l-Gvern ta’ Joseph Muscat mal-hekk imsejjaħ whistleblower fil-każ ta’ Giovanna Debono, meta kien pront joffrilu mhux biss il-protezzjoni kollha, iżda wkoll mijiet ta’ eluf ta’ Ewro f’kuntratti pubbliċi.
Il-Partit Nazzjonalista jsejjaħ lill-Gvern biex b’mod immedjat jagħti l-protezzjoni kollha meħtieġa lill-whistleblower li kixfet informazzjoni dwar Egrant.
//= $special ?>

