In-Nazzjon jirrapporta bi prominenza l-pożizzjoni li ħadet l-Oppożizzjoni fil-Parlament ilbieraħ filgħaxija meta ħarġet ‘il barra wara li l-Gvern ma kellu ebda stqarrija x’jagħmel fil-Parlament u ma ħa ebda azzjoni oħra dwar dak li seħħ din il-ġimgħa fil-Parlament Ewropew li għadda riżoluzzjoni b’vot b’saħħtu dwar is-saltna tad-dritt f’Malta u dwar is-sitwazzjoni diffiċli fil-pajjiż.
Xahar mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, In-Nazzjon jagħti wkoll ħarsa lejn l-investigazzjonijiet tal-pulizija bl-indikazzjonijiet kollha juru li l-każ hu wieħed mill-iktar diffiċli u ma hemm ebda indikazzjoni li l-każ jista’ jkun solvut.
Stejjer oħrajn jittrattaw il-kontroversja dwar in-nuqqas ta’ ħruġ tal-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar għal Trident Business Park fl-Imrieħel kif ukoll dwar il-każ ta’ erba’ pulizija li kienu aggrediti u msawta minn Għarbi.
Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi ta’ Angelo Micallef u Antonello Cuschieri.
//= $special ?>