Internazzjonali

Terremot fil-Korea t’Isfel ‘iwaqqaf’ eżami kruċjali għad-dħul fl-Università

 

L-awtoritajiet fil-Korea t’Isfel, għall-ewwel darba fl-istorja, ipposponew eżami kruċjali għad-dħul fl-Università wara li l-pajjiż intlaqat minn terremot.

L-istudenti li jkunu qed jippreparaw għal din l-eżami jridu jdumu x-xhur jistudjaw, bl-eżami inkwistjoni tant għandu importanza fuq livell internazzjonali li, f’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-ajruplani jkunu projbiti milli jitilgħu jew jinżlu, bil-għan li ma jkunx hemm ħsejjes ‘li jaffettwaw is-sezzjoni tal-eżami li tibbaża fuq is-smigħ (listening section)’.

Intant, f’dawn iċ-ċirkustanzi, il-projbizzjoni ‘rutina’ għall-ajruplani, illum, ma daħlitx fis-seħħ

Skont ir-rapporti mill-Korea t’Isfel, it-terremot li rreġistra 5.4 fuq l-Iskala Richter laqat il-belt tal-port ta’ Pohang u fejn kien segwit minn għexieren ta’ theżżiż fuq livell sekondarju.

It-terremot inkwistjoni kien qawwi ħafna, tant li mas-60 persuna indarbu u ’l fuq minn 1,500 spiċċaw mingħajr dar.

L-aħħar rapporti qalu li l-eżami inkwistjoni – li l-Koreani jirreferu għaliha bħala ‘l-eżami li jsawwar il-futur ta’ bniedem’ – għandu ssir il-ġimgħa d-dieħla minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.

L-eżami jħoll u jorbot għall-ambizzjonijiet ta’ student biex jaċċerta minn post f’waħda mill-aqwa Universitajiet tal-pajjiż u b’dan iwittilu t-triq għal xogħol tajjeb fil-futur.