Lokali

ARA HAWN: Min tefa’ n-nomina għall-Kumitat Amministrattiv tal-PN

Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista
Nomina waħda għall-kariga ta' Segretarju Ġenerali minn Clyde Puli

Wara li matul din il-ġimgħa kienu qed jintlaqgħu n-nomini għall-Karigi fi ħdan il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Rosette Thake rċiviet dawn in-nomini, hekk kif għalqu n-nominazzjonijiet.

– Clyde Puli għal Segretarju Ġenerali;

– Mark Anthony Sammut għal President tal-Kumitat Eżekuttiv;

– David Stellini għal President tal-Kunsill Amministrattiv;

– David Camilleri għal Teżorier:

– Roselyn Borg għal Segretarju Internazzjonali.

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-ħatriet għall-Karigi se ssir waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv nhar il-Ħamis 23 ta’ Novembru.