Kultura Kunsilli Lokali Lokali Mużika

Banda Taljana u Olandiża fl-Għarb

L-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni tal-Għarb f''Volksfeest Winterswijk' fl-Olanda
'Make Music Great 2017' - L-ewwel festival internazzjonali tal-baned f’Għawdex

Bejn il-Ġimgħa 24 u l-Ħadd 26 ta’ Diċembru, it-toroq tal-Għarb se jospitaw 2 baned Ewropej waqt l-ewwel festival internazzjonali tal-baned f’Għawdex. Dawn huma Fanfarre Crescendo Ratum mill-Olanda u l-Associazione Musicale “Città di Pace del Mela” minn Sqallija.

Ma jonqosx ukoll is-sehem bandistiku lokali tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq u 3 baned Għawdxin: Viżitazzjoni tal-Għarb, Santa Marija taż-Żebbuġ u Santa Margerita Ta’ Sannat.

F’konferenza stampa, is-Sindku tal-Għarb, David Apap Agius, stieden lill-pubbliku ġenerali jattendi u jiddeverti f’dan il-festival mifrux fuq tlett ijiem fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Ċeċilja, qaddisa u patruna tal-mużika.

Din l-ewwel edizzjoni, bl-isem ta’ Make Music Great 2017, hija organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Għarb u l-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni tal-Għarb b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Każini tal-Banda u l-Ministeru għal Għawdex.