Sport Sport Ieħor

Goffin se jilgħab kontra Roger Federer fis-semifinali tal-ATP

David Goffin fl-azzjoni kontra Dominic Thiem (Ritratt: EPA)

David Goffin se jkun qed jilgħab is-semifinali kontra Roger Federer fil-finali ATP wara li għeleb lil Dominic Thiem b’faċilità 6-4, 6-1. L-Awstrijak kellu bidu tajjeb bir-rebħ tal-ewwel 10 punti mill-11-il punt biex mar 3-0 minn fuq qabel ma tilef il-konċentrazzjoni.

Goffin iżda rnexxielu jwieġeb bir-rebħ ta’ 15-il punt konsekuttiv, u rnexxielu jagħmel l-iskor 3-3. Thiem beda juri sinjali ta’ nuqqas ta’ kunfidenza u d-disa’ żball tiegħu wassal biex il-Belġjan mar minn fuq.

Thiem li hu r-raba’ sid f’dan it-tournament, li kellu logħbiet missielta kontra Grigor Dimitrov u Pablo Carreno Busta, kompla jbati fiżikament, Goffin ħa vantaġġ bi break doppju fit-tieni set u għalaq il-logħba f’siegħa u 11-il minuta biex issa se jilgħab kontra Federer.

“Kienet ħasra li kelli nilgħab kontra Dominic għal post fis-semifinali. Hu ħabib tiegħi, imma kelli nibqa’ kalm u nkun preparat għal partita iebsa,” qal Goffin li sar l-ewwel Belġjan li jasal sas-semifinali ta’ dan it-tournament.

Hu qal li kellu jkun konċentrat 110% fuq il-court biex ikun preparat għall-avversarji tiegħu, u sostna li jittama li jagħmel l-istess fis-semifinali. Goffin kompla jgħid li lagħab kontra Federer diversi drabi u saħaq li dejjem kienet logħba diffiċli.

Goffin u Federer lagħbu kontra xulxin sitt darbiet, b’Federer jirbaħ il-konfronti kollha.

Tags