Internazzjonali

Ħabta bejn ajruplan u ħelikopter fuq Buckinghamshire

Ajruplan żgħir u ħelikopter, ftit tal-ħin ilu, kienu involuti f’ħabta fl-ajru fuq l-inħawi ta’ Buckinghamshire, fir-Renju Unit.

L-investigazzjonijiet qed ikomplu, meta s-servizzi għall-emerġenza jinsabu fis-sit fejn niżel it-tifrik u li jinsab qalb foresta qrib ta’ Waddesdon Manor, fil-limiti ta’ Aylesbury.

Il-Pulizija qalu li l-priorità, bħalissa, qed tingħata lill-impenji biex isalvaw il-ħajja.

Jidher li ż-żewġ ajruplani  kienu telgħu minn mitjar qrib High Wycombe, bl-iskwadri għat-tifi tan-nirien u s-servizzi tal-ambulanzi li marru fis-sit tat-tiġrif  ġejjin minn Aylesbury, Haddenham, Oxfordshire u Berkshire.

L-awtoritajiet qalu li huma ċerti li mietu n-nies fit-traġedja iżda huma ma kkonfermaw l-ebda ċifri. L-indikazzjonijiet kienu li mietu l-pilota tal-ajruplan u żewġ persuni li kienu fil-ħelikopter