Il-Kampjonat Premier jirritorna llum wara l-waqfa tat-timijiet nazzjonali Maltin. Ilejla, fis-7pm Gżira United jilgħabu kontra Naxxar Lions fl-iStadium taċ-Ċentinarju fl-ewwel partita minn seba’ konfronti għal tmiem il-ġimgħa mill-ħdax-il ġurnata tal-Kampjonat Premier. Għada s-Sibt u l-Ħadd hemm programm interessanti ta’ partiti fejn fost oħrajn jispikkaw il-partiti diretti bejn ir-rivali antiki; Floriana kontra Sliema Wanderers u Ħamurn Spartans kontra Valletta. Dawn iż-żewġ logħbiet jintlagħabu nhar il-Ħadd li ġej fl-iStadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali. Għada s-Sibt, fost oħrajn tispikka l-partita bejn iċ-champions Hibernians u Birkirkara.
Dawn il-partiti, kif ukoll il-konfronti l-oħra ta’ tmiem il-ġimgħa mill-Kampjonat Premier, se jkunu diskussi f’aktar dettall fil-programm tal-lejla l-Ġimgħa, Replay Preview li jibda fid-9:35pm fuq Net Television. Bi presentazzjoni tas-solitu Sarah Agius, f’Replay Preview tal-lum ikun hemm servizzi interessati bil-kummenti tal-kowċis u l-plejers rispettivi qabel il-partiti mmsemmija. Fil-programm tal-lum jixxandru servizzi oħra ta’ interess fosthom l-ewwel servizz f’din l-iskeda l-ġdida dwar il-gowl rebbieħ għax-xahar t’Ottubru, magħżul esklussivament mit-telespettaturi ta’ Replay u f’rokna sponsorjata mill-birra Bavaria. Ir-rebbieħ hu l-attakkant Arġentin ta’ Floriana, Ignazio Varela bil-gowl li skorja kontra Naxxar Lions. Li hemm differenti f’dan is-servizz ta’ kull xahar hu li l-intervista mal-plejer tal-gowl rebbieħ mhux se ssir minn ġurnalist mit-tim ta’ Replay, iżda minn wieħed mit-telespettaturi tal-programm li jkun ivvota speċifikament għal dak il-gowl rebbieħ. F’dan il-każ, għax-xahar t’Ottubru, lil Varela intervistaħ il-partitarju ta’ Floriana, Kenny Roberts.
Mis-sensiela ġdida iżda popolari ta’ ‘Player Profile’ illum niltaqgħu mal-midfielder Awstrijak ta’ Hibernians, Marco Sahanek (ritratt ta’ Christine Borg) li għandu 27 sena. Sahanek hu minn Vjenna u qed jilgħab fl-ewwel staġun tiegħu f’Malta flimkien ma’ plejer ieħor mill-Awstrija, id-difensur ta’ 23 sena, Martin Kreuzriegler.
Mill-passat illum ikun hemm żewġ servizzi oħra informattivi f’Replay Preview. Mis-sensiela ‘Eku tal-Passat’ illum jixxandar servizz dwar l-istaġun pożittiv ta’ St. George’s fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti, fl-1974/75 meta wara li kisbu promozzjoni bħala champions tat-Tieni Diviżjoni huma temmew it-tielet fil-klassifika finali u fallew għal ftit it-tragward li jikkwalifikaw għal post fl-Ewropa. Mill-intervisti popolari ta’ kull ġimgħa, ‘X’Sar Minnhom?’, illejla Christian Micallef jintervista lill-eks assistant referee Malti tal-FIFA, Mark Spiteri.
Replay Preview jixxandar illejla, il-Ġimgħa fid-9:35pm fuq Net Television u għandu presentazzjoni ta’ Sarah Agius. Christian Micallef hu l-moħħ ta’ dan il-programm u flimkien ma’ Stephen Chircop jipproduċu din il-produzzjoni sportiva b’differenza minn kwalunkwè programm ieħor sportiv u dwar il-futbol lokali f’Malta. George Cassar u Stewart Said huma parti mill-produzzjoni ta’ dan il-programm.
Ħajr speċjali lill-isponsors tal-programm: Cheeky Monkey Gastropub tal-Qawra, Cheeky Monkey Gastropub tal-Belt Valletta, Bavaria Lager Malta, 33 Lager Malta, Videoslots.com, Konica Minolta u Office Group, Floors Of Stone, Betsson Group, Lanutti u JetFreight LimitedLimited, Weetabix Protein, Go Sport Malta, Lynx u Malta Football Players Association.
//= $special ?>