Internazzjonali

Japoloġizzaw talli ferrovija titlaq 20 sekonda qabel

Li ferroviji madwar id-dinja jitilqu qabel jew wara l-ħin skedat hija xi kumani, din il-prattika mhix aċċettata l-Ġappun, pajjiż magħruf għall-effiċjenza tiegħu. Fil-fatt, kumpanija ferrovjarja fil-Ġappun kellha tapoloġizza talli waħda mill-ferroviji tal-kumpanija telqet 20 sekonda qabel il-ħin skedat.

Rappreżentanti tal-kumpanija Tsukuba Express li topera bejn Tokjo u Tsukuba appoloġizzaw għall-inkonvenjenza li nħolqot fost il-passiġġieri tagħha wara li minflok telqet fid-9:44:20AM, il-ferrovija telqet fid-9:44:20AM.

Fl-istqarrija li nħarġet intqal li l-kunduttur ma ċċekkjax l-iskeda tal-ferrovija kif suppost. Għaldaqstant, il-ħaddiema kollha ngħataw istruzzjonijiet biex jimxu mal-proċeduri eżistenti biex dan l-iżball ma jerġax isir.

Jekk wieħed jaħseb li l-passiġġieri kellhom xi dewmien biex jaqbdu l-ferrovija ta’ wara, dan żgur mhux il-każ għax rikbu wara biss erba’ minuti.