“Il-kunsilliera Laburisti kollha tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar qegħdin itellfu l-ħidma favur il-lokalità. Dan qed isir b’mod intenzjonat biex is-Sindku Graziella Galea, flimkien mal-kunsilliera Nazzjonalisti l-oħra, ma jitħallewx jaħdmu.”
Iddikjarat dan is-Sindku Graziella Galea li fi stqarrija semmiet kif il-kunsillier Robert Piscopo wera biċ-ċar li ma riedx jaħdem magħha. Dan hekk kif naqgħas milli jattendi ħafna mil-laqgħat li saru mill-Kunsill kif ukoll astjena mix-xogħol li jwettaq fil-Kunsill Lokali.
L-istess għall-kunsillier Joseph Vella, li kemm-il darba uża kliem mhux xieraq waqt il-laqgħat tal-Kunsill kif ukoll infexx isabbat fuq il-mejda. Il-kunsillier Laburista Alfred Grima wkoll wera li l-intenzjoni tiegħu hi li jtellef il-ħidma tal-Kunsill Lokali.
Is-Sindku Graziella Galea assigurat li hi qatt ma rrifjutat il-ħidma favur il-lokalità ta’ xi kunsillier filwaqt li twiegħed li se tkompli taqdi dmirijietha lejn il-lokalità u lejn ir-residenti.
//= $special ?>

