Internazzjonali

L-Iraq: L-ISIS jitilfu l-aħħar belt ‘tagħhom’….

Il-qawwiet Iraqqin, ftit tal-ħin ilu, qalu li ħatfu lura Rawa, li kienet l-aħħar belt fil-pajjiż li kienet għadha taħt il-kontroll tat-terroristi tal-ISIS.

Dan il-pass isegwi offensiva li kienet ilha mis-Sibt, bl-iżviluppi jfissru li l-ISIS jistgħu jkunu qrib telfa totali fl-Iraq.

Mifhum li l-ISIS — li ġranet ilu ċedew il-fortizza ta’ al-Qaim — issa, qegħdin jikkontrollaw biss ftit biċċiet tal-art fl-Iraq.

Dan meta l-Prim Ministru Iraqi, Haider al-Abadi, qal li l-inħawi ta’ Rawa ‘kienu lliberati mill-ISIS fi kwistjoni ta’ sigħat’ u li t-truppi tiegħu kellhom ikomplu jaċċertaw is-sigurtà madwar il-fruntiera tal-Iraq.