Lokali

L-istaġun tal-insib għall-għasafar taż-żebbuġ issa magħluq

Wara li ntlaħqet il-kwota tal-għasafar taż-żebbuġ, il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima ħabbar li l-istaġun tal-insib għal din l-ispeċi t’għasafar issa jinsab magħluq. Dan ġie magħruf permezz tar-real time reporting.

Stqarrija maħruġa mill-istess Ministeru rreferiet għal-Liġi ta’ Malta li tgħid li ladarba tintlaħaq il-kwota tal-għasfur taż-żebbuġ, l-insib għal din l-ispeċi jrid jingħalaq.