Malta irtirat in-nomina tagħha biex tospita l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini. Dan tħabbar mill-Gvern permezz ta’ stqarrija ta’ sentenza waħda. Din id-deċiżjoni ittieħdet ftit jiem biss qabel titħabbar l-għażla finali. L-istqarrija tgħid li l-irtirar tal-kandidatura seħħ wara diskussjonijiet estensivi mal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini u ma’ awtoritajiet nazzjonali oħrajn fl-Unjoni Ewropea.
In-nomina ta’ Malta tħabbret f’Lulju li għadda hekk kif din l-Aġenzija, li hi bbażata fir-Renju Unit u timpjega mad-900 persuna, mistenni ssib pajjiż ieħor bħala kwartieri tagħha wara li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.
B’kollox kien hemm 20 pajjiż ieħor li wrew interess li jospitaw din l-Aġenzija.
Din l-aħbar toħroġ ftit siegħat wara li l-ġurnal Times of Malta irrapporta li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri approvat l-operat tal-Aġenziji kollha tal-UE ħlief dik ibbażata f’ Malta
//= $special ?>