Lokali

In-Nazzjon 17.11.2017

Il-mixja li saret ilbieraħ filgħaxija mis-soċjetà ċivili fil-Belt fl-għeluq ix-xahar mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u ddikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-Knisja għall-Paċi u l-Ġustizzja li wara xahar għadu jinħass nuqqas ta’ paċi fis-soċjetà, jiddominaw l-istejjer fl-ewwel paġna tal-ġurnal In-Nazzjon.

Stejjer oħrajn li l-ġurnal jagħti prominenza jittrattaw mara li nżammet ostaġġ b’sikkina sakemm insterqet f’darha, u s-somma ta’ aktar minn nofs ewro li ħa d-Deputat Laburista Robert Abela minn entitajiet tal-Gvern.

Fil-paġni tal-opinjonijiet llum insibu l-analiżi tal-MEP Francis Zammit Dimech, Joe M. Zahra u r-riflessjoni ta’ Fr. Mario Attard.