Fl-ewwel 9 xhur tas-sena, 17-il persuna mietu f’inċidenti tat-traffiku. Dan ħareġ minn statistika li ppubblika l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Bejn Lulju u Settembru li għadda kien hemm 8 fatalitajiet f’inċidenti tat-traffiku.
Matul ix-xhur tas-sajf ġraw mat-3,900 inċident, bl-akbar ammont ta’ inċidenti seħħew f’Birkirkara b’total ta’ 312-il inċident tat-traffiku.
San Pawl il-Baħar u l-Mosta kienu t-tieni u t-tielet fil-lista b’total ta’ 187 u 173 inċident rispettivament.
Minkejja l-ammont ta’ inċidenti, naqsu bi ftit dawk li weġġgħu. B’kollox weġġgħu 299 xufier u 102 passiġġieri, fost oħrajn.
Il-vetturi żgħar jibqgħu l-iżjed involuti fl-inċidenti tat-traffiku filwaqt li kważi 24% tal-każi kienu jinkludu l-muturi.
Il-jum li fih seħħew inċidenti kien l-Erbgħa bejn id-9:00am u nofsinhar.
//= $special ?>

