Lokali

Sejħa urġenti għad-donazzjonijiet tad-demm O positive

Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa qed jappella li hawn bżonn urġenti tad-demm O positive. Fi stqarrija urġenti li ħareġ iċ-Ċentru qal li l-maltemp ta’ dawn l-aħħar jiem wassal għal nuqqas ta’ donazzjonijiet tad-demm li affetwa sew ir-riserva ta’ demm O positive.

Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm jitlob li quddiem id-domanda kbira għad-demm, fosthom: mill-pazjenti morda bil-kanċer, dawk operati, kif ukoll minn dawk korruti, hemm bżonn urġenti li persuni, partikolarment b’demm O positive, imorru jagħtu d-demm.

Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa jiftaħ kuljum mit-8:00am sas-6:00pm. Iċ-Ċentru jfakkar li hu importanti li wieħed jieħu miegħu l-Karta tal-Identità, u dawk li ġew lura mis-safar f’dawn l-aħħar 4 ġimgħat huma mitluba biex iċemplu 80074313 u jiċċekkjaw l-eliġibilità tagħhom biex jagħtu d-demm.