Toro Rosso kkonfermaw li Pierre Gasly u Brendon Hartley se jkunu s-sewwieqa tagħhom għas-sena d-dieħla. Din l-aħbar tħallil lil Sauber u Williams bħala l-uniċi timijiet li għadhom iridu jħabbru s-sewwieqa tagħhom għall-istaġun lii ġej.
Gasly and Hartley kienu mistennija li jżommu posthom meta daħlu fit-tim wara li Carlos Sainz ingħaqad mar-Renault u Daniil Kvyat ġie rilaxxat mill-programm tas-sewwieqa tar-Red Bull.
Gasly li hu r-rebbieħ tal-GP2 tas-sena l-oħra, għamel id-debutt mat-Toro Rosso fil-Grand Prix tal-Malasja, filwaqt li Hartley li hu r-rebbieħ tal-World Endurance Championship, tellaq għall-ewwel darba fil-Formula 1 fil-Grand Prix tal-Istati Uniti f’Austin.
“Ninsabu kuntenti ħafna li kkonfermajna lil Pierre u Brendon daqshekk kmieni bħala s-sewwieqa tagħna għall-2018. Matul l-aħħar parti tas-sena t-tnejn urew li huma lesti biex jikkompetu fil-Formula 1, bi prestazzjonijiet tajbin filwaqt li dejjem urew li huma preparati għall-isfida. Aħna konna impressjonati bit-tagħlim li ħadu kisbu u ninsabu ċerti li se jkomplu jissieltu għal riżultati tajbin flimkien mat-tim,” qal il-kap tat-Toro Rosso Franz Tost.
It-tim magħmul minn Gasly u Hartley kien ir-raba’ wieħed li Toro Rosso kellhom din is-sena. Mill-bidu tal-istaġun sat-tiġrija ta’ Singapore t-tim kien magħmul minn Carlos Sainz u Daniil Kvyat. Fit-tiġrijiet tal-Malasja u l-Ġappun Sainz kien akkumpanjat minn Pierre Gasly, iżda wara li Sainz telaq mar-Renault, it-tim kien magħmul minn Kvyat u Brendon Hartley. Wara li Kvyat tneħħa mit-tim, Hartley u Gasly ikkompetew fil-Messiku u l-Brażil u se jispiċċa l-istaġun f’Abu Dhabi.
Dan se jkun il-ħames tim ta’ sewwieqa li Toro Rosso se jkollhom fl-aħħar sitt staġuni. “Hu veru ta’ sodisfazzjon li dawwart opportunità f’sorpriża li ksibt post fil-Formula 1. Ma nistax inkun aktar kuntent. Nixtieq nirringrazzja lil Red Bull u t-Toro Rosso tal-fiduċja fija,” qal Hartley. Gasly qal li jinsab eċċitat u motivat li jagħti kull ma jaf f’Abu Dhabi u l-istaġun li ġej kollu.
Is-sewwieqa tat-Toro Rosso fil-bidu tal-aħħar snin
2013 Daniel Ricciardo Jean-Eric Vergne
2014 Daniil Kvyat Jean-Eric Vergne
2015 Max Verstappen Carlos Sainz
2016 Mac Verstappen Carlos Sainz
2017 Carlos Sainz Daniil Kvyat
2018 Brendon Hartley Pierre Gasly
//= $special ?>