Il-vittma tal-isparatura ta’ Ħ’Attard Angelo Mangion, jew kif kien magħruf f’Ħal Qormi, Lino Mangion, kien maħbub minn kulħadd, skont xita ta’ kummenti li bdew jinkitbu fuq il-media soċjali ftit wara l-aħbar tal-qtil tiegħu.
Angelo Mangion ta’ 60 sena minn Ħal Qormi nqatel bi sparatura f’ħanut tat-tapezzerija fi Triq l-Imdina f’Ħ’Attard. Fl-isparatura kien ferut sid il-ħanut, Raymond Grima. Kollox jindika li Lino mar għand it-tapizzar biex jagħmillu seat ta’ mutur tal-injam li kien qed jibni.
Giorgianne Xerri, bint il-vittma, f’post imqanqal fuq Facebook, stqarret kif il-familja tagħha damet ‘lejl sħiħ’ tistenna lil Lino jasal id-dar, imma baqa’ ma tfaċċax.
“Nimmissjawk immens. M’għandix kliem biex nirringrazzjak ta’ kemm għamilt miegħi u mal-familja tiegħi, u nixtieq li dak li ġara lbieraħ kien biss ħolma missier,” kitbet bintu fuq Facebook.
Persuni qrib Lino qalu lil NET News li r-raġel kien involut ħafna fl-attivitajiet tal-festa f’Ħal Qormi. Filfatt, hu kien membru tal-Għaqda tan-Nar 23 t’April ta’ Ħal Qormi.
Fuq facebook, l-Għaqda tan-Nar 23 ta’ April irringrazzjat lil Lino ta’ kull ma’ għamel mal-għaqda li tant kien iħobb u li tant ħadem biex tissaħħaħ. Lino, magħruf f’Ħal Qormi bħala “Il-Pewx”, kien involut ukoll f’għaqdiet oħra kemm tal-festa kif ukoll tal-Ġimgħa l-Kbira. Filfatt, kien magħruf ħafna għall-għajnuna li kien jagħti minn qalbu.
https://www.facebook.com/giorgianne.xerri/posts/1481007702020929
https://www.facebook.com/photo.php?fbid=1481018698686496&set=a.679829788805395.1073741848.100003351396395&type=3&theater
Ara x’ġara lbieraħ fil-link t’hawn taħt
//= $special ?>