Lokali Saħħa

Jum Dinji tad-Dijabete

Il-Malta Medical Students Association, MMSA, illum ingħaqdet mal-bqija tad-dinja sabiex tiċċelebra l-jum dinji tad-dijabete.

l-MMSA, għamlet appell lill-pubbliku sabiex ikun hemm kontroll fuq iz-zokkor filwaqt li f’attività li qed issir illum, qed toffri l-opportunità sabiex isiru testijiet b’xejn lil pubbliku.

Filwaqt li 10% tal-Maltin bejn l-etajiet ta’ 20 u 79 ibagħtu bid-dijabete, 50% minnhom isofru minn kumplikazzjonijiet. Intant, il-kontroll tal-piż inaqqas il-possibiltà tad-dijabete.

L-attività ser tibqa’ sejra sas-sagħtejn ta’ waranofsinhar fil-Belt Valletta.

Il-Partit Nazzjonalista ser ikun qed jiċċelebra dan il-jum fl-20 ta’ Novembru b’attivitajiet fid-Dar Ċentrali u diskussjoni professjonali dwar id-dijabete, il-prevenzjoni u l-kura.