Lokali

Żagħżugħ isofri ħruq qrib kamra tan-nar f’Ħal Għaxaq

Ritratt mill-arkivji

Żagħżugħ ta’ 29 sena qed isofri ġrieħi gravi wara li ndarab waqt li kien qiegħed jaħraq xi skart relatat mal-manifattura tal-logħob tan-nar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17.00 viċin kamra tan-nar fil-post magħruf bħala tal-Garda, limiti ta’ Ħal Għaxaq.

Iż-żagħżugħ, li joqgħod Ħal Għaxaq stess, ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku qabel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, fejn iktar tard ġie iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejjin.