Futbol Sport

Chris Coleman maħtur kowċ ta’ Sunderland

Chris Coleman

Kif kien mistenni t-tim ta’ The Championship Sunderland ħatru lil Chris Coleman bħala l-manager il-ġdid tagħhom. Din l-aħbar tasal jumejn wara li Coleman irriżenja minn kowċ tat-tim nazzjonali ta’ Wales.

Coleman iffirma kuntratt ta’ sentejn ma’ Sunderland.

F’dawn l-aħħar sitt snin hu kellu esperjenza mill-aqwa ma’ Wales li anke waslu sas-semifinali tal-Euro 2016. Madankollu Wales ma għaddewx għat-Tazza tad-Dinja.

Fil-passat Coleman mexxa klabbs bħal ma huma Fulham, Real Sociedad u Coventry City.