Sport Sport Ieħor

FUQ NET TV – Leġġendi tal-futbol fi Sport Extra

Intervista esklussica mal-eksplejer ta’ Barcelona Puyol fuq Sport Extra

Il-programm Sport Extra li ser jixxandar nhar it-Tlieta li ġej fuq NetTelevision fl-10pm hu wieħed speċjali miġbud fil-Lussemburgu fl-okkażjoni tal-All Stars Teqball Cup Festival. Bi produzzjoni u direzzjoni ta’ Charles Camenzuli, il-programm ser jiġbor fih dak kollu li seħħ fil-Kumpless tal-isport ta’ Bertrange fil-Lussemburgu b’intervisti esklussivi ma’ leġġendi tal-futbol.

Fl-ewwel parti tal-programm intervisti ma’ Victor Huszar u George Yerolimpos – rispettivament Kap Eżekuttiv u Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Internazzjonali tat-Teqball.

Il-plejers protagonisti intervistati għal Net Television huma Ruud Gullit – eksplejer ta’ Milan u l-Olanda, l-eksplejer internazzjonali ta’ Franza Christian Karambeu u William Gallas, il-protagonisti fit-tim nazzjonali tal-Portugall l-eksgowlkiper Ricardo u l-midfielder Nuno Gomes kif wkoll wieħed mill-aqwa plejers ta’ kull żmien Ta’ Barcelona u t-tim Nazzjonali Spanjol Carles Puyol.

Sport Extra bi produzzjoni ta’ Charles Camenzuli għandu muntaġġ tas-servizzi minn Maria Grech b’filmati ta’ David Korom u Fiteq.