Il-kantant u attur veteran Amerikan David Cassidy iddaħħal b’urġenza fi sptar. Cassidy, li għandu 67 sena, iddaħħal l-isptar wara li waqfu jaħdmu diversi organi interni.
Hu qed jingħata kura fi sptar fi Fort Lauderdale u ntqal li jinsab muġuħ ħafna imma f’sensiħ.
Għal dawn l-aħħar xahrejn, saħtu bdiet sejra mill-ħażin għall-agħar.
Il-ġimgħa li għaddiet, Cassidy kien svela li kellu d-demenzja u kien se jieqaf mill-kunċerti biex igawdi l-ħajja.
Cassidy kien kiseb fama internazzjonali fis-serje televiżiva Amerikana The Partridge Family fis-snin Sebgħajn. Minn hawn sar famuż ukoll bħala kantant b’diski bħal I Think I Love You.
Il-kantant David Cassidy jiddaħħal l-isptar


