Lokali

Jinżam taħt arrest wara li ġie mixli li stupra tifla meta kellha 10 snin

Raġel ta’ 23 sena inżamm taħt arrest preventiv wara li l-Ħadd filgħodu tressaq il-Qorti akkużat li stupra tifla meta kellha biss 10 snin.

L-Akkużat, Catriel Scicluna mill-Marsa wieġeb mhux ħati li stupra tifla u li ħa sehem f’attivitajiet sesswali ma’ minorenni.

Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Joseph Mifsud, semgħet kif il-każ feġġ il-ġimgħa li għaddiet meta l-vittma, li llum għandha 14-il sena, tkellmet dwar l-allegat abbuż mal-counsellor tal-iskola bl-iskola immedjatament tinforma l-unit tal-protezzjoni tat-tfal.

It-tifla stqarret li l-abbuż ilu għaddej għal diversi snin sa minn meta kellha 7 snin. Hi sostniet ukoll li meta kellha 10 snin, l-akkużat ipprova jistupraha

Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li l-vittma għad trid tixhed.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Paula Ciantar filwaqt li l-Avukat Marion Camilleri dehret għall-akkużat.