Internazzjonali

Miet Malcolm Young tal-AC/DC

Tħabbret il-mewt ta’ Malcolm Young, il-kitarist tal-grupp Awstraljan AC/DC kif ukoll wieħed mill-fundaturi tiegħu. Hu kellu 64 sena u miet wara battalja twila kontra d-demenzja.
L-AC/DC kien inħoloq minn tlett aħwa Awstraljani f’Sydney, Malcolm, Angus u George, li kien il-produttur tal-grupp u miet f’Ottubru f’eta ta’ 70 sena.
Malcolm kien imwieled fi Glasgow fl-Iskozja qabel ma l-familja tiegħu emigrat lejn l-Awstralja meta kellu għaxar snin. Il-familja tiegħu kienet kofnermat li kien qed ibati bid-demnzja fl-2014.