Lokali Parlament

90,000 f’riskju ta’ faqar

– Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li bħalissa fil-pajjiż hawn madwar 90,000 persuna f’riskju ta’ faqar f’sitwazzjoni li fiha l-faqar sar strutturat.

F’diskors fil-parlament, Ivan Bartolo qal li l-foqra mhix iħossu t-tkabbir ekonomiku li l-gvern qed jiftaħar bih u semma kif diversi familji qed isibuha impossibbli li jgħixu minħabba kirjiet għoljin tal-postijiet. Għall-fqar u l-vulnerabbli dan kien budget mhux reali li fih il-gvern qed jippreżenta sitwazzjoni li fiha jingħad li kollox miexi sew meta din mhix realtà. Min hu għani qed ikomli jistgħana waqt li min hu fqir qed ikompli jiftaqar.

Hu qal li fis-settur tad-djar il-Gvern Laburista m’għamel xejn u issa qed iwiegħed 700 post li żgur mhux se jitlestew b’mod immedjat. Hu staqsa x’se jagħmlu l-persuni li jgħixu fi kmamar, fil-karozzi u fi djar bla kundizzjonijiet bażiċi. Hemm iktar minn 3,000 każ pendenti ta’ applikazzjonijiet għad-djar soċjali; sitwazzjoni li mhux se tissolva bis-700 post li se jibni l-gvern.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm bnedmin li jeħtieġu li jkunu edukati għaliex huma abbużati u sostna li l-edukazzjoni hi importanti biex in-nies vulnerabbli joħorġu minn problemi soċjali. Hemm min jabbuża minn dawn il-persuni vulnerabbli u dan m’għandux ikun tollerat.

Hu kkundanna lista tal-prezzijiet ta’ oġġetti li jinxtraw fil-Ħabs ta’ Kordin u qal li ċertu affarijiet huma iktar għoljin minn dawk li kienu tliet ġimgħat ilu. Hemm oġġetti li huma għola mill-prezzijiet tal-ħwienet is-soċjetà. Dan hu abbuż fuq il-priġunieri u fuq il-famijari tagħhom. Hu appella biex ma jkunx hemm qligħ minn fuq il-priġunieri għaliex dan qed jikkaġuna iktar diffikultajiet għall-priġunieri.

Ir-regola hi li l-faqar fil-pajjiż sar strutturat fejn il-gvern stess qed jikkoferma din is-sitwazzjoni, sostna d-deputat Nazzjonalista, li staqsa x’qed isir biex persuni fil-faqar joħorġu jaħdmu. Dawn in-nies miżuri jridu u mhux white papers għaliex fir-tealtà l-faqar żdied bi 8,200 persuna waqt li l-istatistika turi żieda minn 28.1 għal 28.5 diffeernza bejn il-fqir u s-sinjur. L-anzjani huma dawk li l-aktar qed ikunu effettwati. F’Malta hawn madwar 90,000 f’riskju ta’ faqar. Dan hu gvern tad-double standards, sostna Ivan Bartolo.