West Bromwich Albion ħabbru li keċċew lill-kowċ Tony Pulis wara li nhar is-Sibt li għadda t-tim sofra telfa ta’ 4-0 kontra Chelsea.
F’dawn l-aħħar xhur ir-riżultati li kisbu West Brom xejn ma kienu tajbin u attwalment qegħdin punt fuq iz-zona tar-relegazzjoni.
L-aħħar rebħa li kisbu waslet f’Awwissu li għadda u minn dakinhar ‘l hawn tilfu seba’ partiti u ġew draw erba’ darbiet.
L-impenn li jmiss għal West Bromwich Albion hu tas-Sibt li ġej kontra Tottenham.
//= $special ?>