L-Occupy Justice tikkundanna b’mod kategoriku t-theddid li sar fuq Facebook lill-MPE Roberta Metsola lbieraħ.
Fi stqarrija l-Occupy Justice qalet li kummenti bħal dawn huma intolerabbli dejjem, hekk kif huma kummenti ta’ mibgħeda. Hija xi ħaġa disgustanti li kummenti bħal dawn qed jiġu minn uffiċjal tal-armata li suppost b’għemilu għandu jħares li jiddefendi ċ-ċittadini tal-pajjiż u mhux jinstiga lill-poplu biex jagħmel il-kontra.
Fl-istess stqarrija l-grupp qal li dawn l-attaki qed jintqalu minħabba li l-Gvern ta’ Joseph Muscat kien parti kruċjali biex jinxtered aktar kliem ta’ mibgħeda fuq il-midja soċjali. Huma qalu li meta esponenti, kelliema tal-Gvern u kif ukoll Membri Parlamentari jikkumentaw fuq affarjiet bħal dawn bi kliem dispreċjativ u insulenti huma jkunu qed jagħtu aktar lok biex dan l-abbużż ikompli jikber.
L-Occupy Justice qalu li l-politika t’unità li jiftaħar biha Joseph Muscat hija waħda farsa għax il-gvern tiegħu qed jagħmel il-kontra.
L-istqarrija kompliet billi sostniet li l-Ministru tas-Sigurà Michael Farrugia u l-Brigadier tal-Armata Jeffrey Curmi, għandhom jieħdu l-passi meħtieġa u essenzjali fil-konfront tal-kummenti tal-uffiċjal tal-armata Felix Zammit. Għandha tieħu konfront ta’ dixxiplina lejn Zammit fis-suppost għandu rwol li jħaddan id-dixxiplina f’pajjiżna u mhux jagħmel il-kontra.
Huma qalu li jekk l-awtoritajiet konċernati jinjoraw dawn il-fatti, bħal m’għamlu diġà mas-Surġent Ramon Mifsud, ifisser li l-gvern Laburista qed iħaddan miegħu l-prinċipju tal-mibgħeda.
//= $special ?>