Internazzjonali

Mara Bulgara taħt il-lenti minħabba l-għajbin ta’ Madeleine McCann

Il-Pulizija Ingliża li qed tinvestiga l-għajbin ta’ Madeleine McCann marru l-Bulgarija biex ifittxu għal mara li kienet intlemħet iġġib ruħha b’mod suspettuż ftit qabel ma għebet it-tifla. Mara li kienet tlaqqmet “il-mara fil-vjola” mill-midja Ingliża.
Is-suspetti huma li din il-mara hi Luisa Todorov, ta’ 58 sena u li kienet taħdem bħala waitress. Din il-mara kienet intlemħet minn żewġ persuni barra l-appartament 5A tal-Ocean Club minn fejn għaxar snin ilu kienet għebet Madeleine.
Ir-raġel ta’ Todorov, Stefan ta’ 50 sena, kien jaħdem f’bar fl-Ocean Club fejn il-ġenituri ta’ McCann flimkien ma’ seba’ ħbieb oħra kienu qed jieklu meta għebet it-tifla.
Fi stqarrijiet li kienu taw lil Pulizija ħamest ijiem wara l-għajbin, huma kienu ċaħdu li kienu jafu xi ħaġa dwar il-każ u tul dawn is-snin kollha ħadd ma reġa’ mar ikellimhom dwar il-każ.