Internazzjonali

Miet Charles Manson

Charles Manson

Tħabbret il-mewt ta’ Charles Manson, dak li għal ħafna Amerikani kien jissignifika l-ħażen. Hu kellu 83 sena u miet fi sptar f’Kalifornja wara li f’dawn l-aħħar ġranet saħtu qalbet għall-agħar.

Manson kien imexxi setta brutali magġrufa bħala “The Family” u kienet responsabbli għall-qtil brutali ta’ seba’persuni fis-Sajf tal-1969. Fost dawn kien hemm l-attriċi Sharon Tate li kienet tqila meta sfat imbiċċra mis-segwaċi ta’ Manson.

Fl-1971 kien kundannat għall-mewt imma ftit wara l-piena tal-mewt kienet abolita f’Kalifornja u minflok il-piena nbidlet ta’ waħda ta’ għomru l-ħabs.