Ritratt tat-tmiem tal-Ġirja ta’ Solidarjetà tal-President b’risq l-Istrina li saret il-bieraħ bil-parteċipazzjoni tal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż ddomina l-ewwel faċċata tal-ġurnal In-Nazzjon.
Stejjer oħra ewlenin titrattaw l-imġiba ta’ Muscat li qed jinjora l-karba tal-poplu Marsi dwar in-nuqqas ta’ sigurtà f’din il-lokalità.
L-aħħar żviluppi fl-investigazzjonijiet dwar id-delitt ta’ nhar il-Ġimgħa f’Ħ’Attard u l-każ li tressaq ilbieraħ fil-Qorti dwar tifla ta’ 14-il sena li ġiet abbużata sa minn kellha seba’ snin.
L-intervista ta’ kull nhar ta’ Tnejn ta’ Oliver Friggieri llum titkellem dwar kif Malta bla knisja se tkun biss mużew.
//= $special ?>