Internazzjonali

RITRATTI: Jiċċelebraw 70 sena żwieġ tar-Reġina Eliżabetta II mal-Prinċep Philip

Fir-Renju Unit qed ikun imfakkar is-70 anniversarju miż-żwieġ tar-Reġina Eliżabetta II mal-Prinċep Philip.
It-tifkiriet kienu jikkonsistu f’daqq ta’ qniepen, sensiela ta’ ritratti u bolol tal-koppja, kif ukoll munita kommemorattiva.
Illum, fl-età ta’ 91 sena, ir-Reġina Eliżabetta hi l-ewwel kap tal-monarkija Ingliża li laħqet l-anniversarju tal-platinu. Philip għandu 96 sena.
Aktar tard matul il-ġurnata tal-bieraħ, l-anniversarju kien ċelebrat privatament bejn il-familja tar-Reġina f’Windsor Castle.