Internazzjonali

Is-sinjali ma kinux mis-sottomarin mitluf

L-ARA San Juan

Wara li fi tmiem il-ġimgħa feġġet it-tama fil-każ tal-għajbien tas-sottomarin Arġentin meta kien intqal li aktarx dan ipprova jibgħat xi messaġġi, issa rriżulta li dawn ma kinux tiegħu.
L-ARA San Juan għeb il-ġimgħa li għaddiet b’44 baħri abbord; iżda ma hix magħrufa r-raġuni għall-għajbien tiegħu.
Abbord is-sottomarin hemm telefon satellitarju tal-kumpanija Amerikana Iridium. Imma t-Tnejn il-kumpanija Amerikana qalet li s-sinjal ma kienx minn telefon minn tagħha.
Bħalissa qed issir tfittxija kbira għall-ARA San Juan b’bastimenti minn pajjiżi oħra jgħinu fit-tfittxija, fosthom mill-Istati Uniti u r-Renju Unit. Imma fir-reġjun bħalissa hemm maltemp kbir.