Sport Sport Ieħor

TENNIS – Tmut Jana Novotna

Jana Novotna

L-ekschampion ta’ Wimbledon, it-tennista mir-Repubblika Ċeka Jana Novotna mietet fl-eta’ ta’ 49 sena wara li fl-aħħar snin mardet bil-kanċer.

L-aċbar tal-mewt tagħha tħabbret uffiċjalment mill-Assoċjazzjoni Dinjija tat-Tennis fejn kienet minn tal-ewwel li sellmet lil Novotna u dak li wettqet fix-xena tat-tennis internazzjonali.

Steve Simon, Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Dinjija tat-Tennis fl-istess stqarrija tenna li Jana Novotna kienet ta’ ispirazzjoni għal kull min iħobb it-tennis.

Novotna rebhet it-tuurnament ta’ Wimbledon fl-1998 wara li kienet tilfet il-finali tal-1993 kontra Steffi Graaf.

Is-snin 90 kienu l-qofol tal-karriera ta’ Jana Novotna fejn rebħet xejn anqas minn 24 titlu tas-singles u 12 il-Grand Slam.

Fl-istess perijodu kienet waslet sal finali tal-Open tal-Awstralja u darbtejn sas-semifinali tal–Open ta’ Franza u tal-Open tal-Istati Uniti.