Żewġ persuni nżammu taħt arrest wara li seħħ argument f’Raħal Ġdid.
Il-każ seħħ fi Triq Tal-Borg għall-ħabta tas-6.30pm meta għal xi raġuni seħħ argument f’residenza fejn intużat arma taqta’ u bil-ponta.
Fuq il-post issejjħu minnufih uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-vittmi fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid, għal aktar kura – fejn tpoġġew taħt arrest.
Jidher li l-argument inqala bejn il-familjari, u ż-żewġ persuni weġġgħu ħafif.
//= $special ?>





