Għal darb’oħra il-Big Friends Guggen Musik ser tipparteċipa fiċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru il-Jum Nazzjonali tal-Emirati Għarab Maqgħuda bejn is-27 ta’ Novembru u s-7 ta’ Diċembru.
Fl-Emirati Għarab Maqgħuda l-Big Friends Guggen Musik ser idoqq f’Abu Dhabi, Dubai, Sharjah, Fujairah, Ras Al Khaimah u Ajman. Ser ikun hemm gruppi oħra li ser jieħdu sehem f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet mir-Russja, Messiiku, Turkija, Italja, Irlanda, Brażil, Indja, Svizzera, Polonja, Greċja, Sri Lanka, Armenja, Costa Rica, Kolumbja, Rumanija, Bulgarija u Spanja.
Iż-żjara fl-Emirati Għarab Maqgħuda saret possibbli permezz ta’ fondi li l-Band ħadet mill-Kunsill tal-Arti taħt il-“Cultural Export Fund – presentation and touring”.
B’din iż-żjara fl-Emirati Għarab Maqgħuda l-Big Friends Guggen Musik ser tkun daqqet barra pajjiżna 45 darba. Dan minbarra li daqqet 67 darba fil-belt Valletta; 173 darba madwar Malta u 17-il darba f’Għawdex. Hekk f’10 snin il-Big Friends Guggen Musik ser tkun qabżet it-300 rapprezenazzjoni mużikali tagħha.
Il-Big Friends Guggen Musik dan ix- xhar qedgha tiftah ic-celabrazzjonijie ghal 10 sena mit-twaqqif tagħha. Il-banda rat il-bidu tagħha f’Novembru 2008 meta daqqet fil-festi nazzjonali tal-Emirati Għarab Maqgħuda.
Biex tfakkar dan l-anniversarju l-membri tal-Band attendew għal quddiesa fiċ-ċentru mużikali tagħha fil-Furjana. Il-quddiesa kienet ċċelebrata mill-kappillan tal-istess Għaqda Patri Deo Debono. Fid-19 ta’ Novembru il-band tat spettaklu mużikali quddiem il-Qorti meta laqgħet il-parteċipanti tal-‘fun run’ li mxew mat-toroq ta’ Malta.
Impenn speċjali ieħor għal din is-sena ser ikun il-parteċipazzjoni tal-Band fil-festi tal-Milied.l-band ġiet mistiedna biex iddoqq fis-Siġġiewi, Raħal Ġdid, Naxxar, il-belt Valletta u l-Mellieħa. Bejn it-23 u l-25 ta’ Diċembru ser iddoqq id-DB S. Antonio, il-Qawra u fir-30 ta’ Diċembru u l-1 ta’ Jannar ser iddoqq fid-DB Sea Bank, il-Mellieħa.
Biex tkompli tfakkar dan l-anniversarju il-Big Friends Guggen Musik ser izzanzan bandalora bir-rakkmu u standard.
Il-Big Friends Guggen Band, taħt id-direzzjoni tas-surmast Etienne Spiteri u l-Assistent Surmast Ian Sammut, tuża strumenti li fil-maġġoranza tagħhom huma innovattivi u uniċi f’pajjizna. Din il-band hi maqsuma f’zewġ partijiet: strumenti tar-ramm u strumenti tal-perkussjoni, drum kits jimxu fuq ir-roti, katubi merfugħin biċ-ċineg, platti, tamburelli, ċimbli, temple blocks u washboards. Is-sezzjoni tal-brass tikkonsisti fi trumpets, trombones, euphoniums, athorns u sousaphones.
Il-Big Friends Guggen Band għandha l-iskola tal-mużika tagħha u tagħti lezzjonijiet bla ħlas lil studenti ta’ kull eta’ li jiġu minn diversi lokalitajiet madwar il-pajjiz kollu. Iċ-ċentru muzikali tagħha jinsab f’Porte de Bombes. Is-sena d-dieħla l-Għaqda ser tiftaħ uffiċjalment l-ewwel ċentru mużikali Guggen f’pajjiżna.
//= $special ?>

