Raġel miż-Żurrieq ġie kkundannat għal sitt snin priġunerija wara li ammetta l-attentat t’omiċidju tal-eks mara tiegħu wara li taha daqtejn ta’ sikkina fl-istonku.
Il-każ seħħ lura f’Mejju tal-2012 meta Kevin Micallef ta’ 41sena kkawża ġrieħi serji lill-vittma li ġiet salvata grazzi għal operazzjoni f’waqta l-Isptar Mater Dei.
L-akkużat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u għalhekk evita li jgħaddi ġuri. Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-mottiv li ġiegħel lil Micallef iwettaq dan l-aġir kienet l-għira, hekk kif waqt li kien għaddej il-proċess ta’ seprazzjoni bejn il-koppja, il-mara kienet qed tiffrekwenta raġel ieħor. Huwa kien segwiha ftit wara li ħarġet minn bar f’Birkirkara u kien hawnhekk li malli niżlet tiċċekkja min kien qed isegwiha, l-akkużat hebb għaliha.
Għaldaqstant l-Imħallef Antonio Mizzi, bagħat lir-raġel sitt snin ħabs u mmultah €116.47
//= $special ?>