Internazzjonali

Avukat prominenti għad-drittijiet umani mitfuħ il-ħabs fiċ-Ċina

Avukat prominenti Ċiniż għad-drittijiet umani jinsab il-ħabs għal tal-anqas sentejn, bil-kundanna tiegħu tkun l-aħħar f’sensiela ta’ azzjonijiet mill-awtoritajiet ta’ Beijing kontra attivisti tal-lemin.

Jiang Tianyong instab ħati fuq akkuża li inċita ‘movimenti kontra l-Istat’ u li ‘immalafama lis-sistema politika taċ-Ċina’. Intant,  il-mara tal-avukat qalet li dan il-verdett ma kienx aċċettabbli waqt li l-Amnesty International ikkundanna l-ġuri bħala ‘eżerċizzju qarrieqi’.

Jiang kien jikkritika ħafna lill-Gvern Ċiniż għall-mod aħrax kif jaġixxi kontra dawk li ma jaqblux miegħu, waqt li kemm-il darba kien ir-rappreżentant legali ta’ dan it-tip ta’ persuni. Jaħsbu li, fiċ-Ċina, ’il fuq minn 300 avukat, assistenti legali u attivisti spiċċaw interrogati, bi ftit għexieren ikunu proċessati bħala parti minn investigazzjoni formali.

Jiang Tianyong kien qed jiddefendi lill-attivisti favur id-drittijiet umani flimkien ma’ avukati kollegi li wkoll jirrappreżentaw id-drittijiet tal-bniedem. Hu kien prominenti wkoll bħala difensur tal-attivisti tal-moviment Falun Gong u dimostranti favur it-Tibet.

Sadattant, il-qorti sabet lil dan l-avukat ta’ 46 sena ħati talli uża l-midja soċjali ‘biex jattakka lill-Gvern Ċiniż u biex jinċita lil ħaddieħor għal dimostrazzjonijiet fil-pubbliku’.