Lokali

FILMAT: Ara l-oġġetti maqbuda mid-Dwana

Bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa 24 ta’ Novembru fil-Marsa, 131 lot ta’ affarijiet varji qegħdin għall-wiri tal-pubbliku

Ħafna jistaqsu, xi jsir mill-prodotti kollha li jinqabdu mid-Dipartiment tad-Dwana fil-kontejners li jidħlu f’Malta – u għal xi raġuni jew oħra ma jitħallewx jidħlu fis-suq jew ma jitħallewx jittieħdu għand min kienu indirizzati?

NET News żar il-wirja tal-oġġetti li se jinbiegħu mid-Dwana u għalihom il-pubbliku hu mistieden li jitfa’ l-offerti għall-lottijiet. Fuq il-post Marsa, tkellimna ma’ David Mifsud fejn spjegalna x’oġġetti varji jkun hemm għall-bejgħ b’mod regolari.

U dawk interessati li jaraw il-wirja tal-bejgħ u jitħajjru jitfgħu offerta, x’jagħmlu?

Bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa 24 ta’ Novembru fil-Marsa, 131 lot ta’ affarijiet varji qegħdin għall-wiri tal-pubbliku, fejn fost l-oħrajn hemm erba’ karozzi, xorb, żraben, madum, tyres u dinghy kbir.

Il-wiri tal-oġġetti hu miftuħ bejn it-8 ta’ filgħodu u 12.30, u mis-1.30 ta’ waranofsinhar sa’ 3.30 ta’ waranofsinhar fi Newport Bonded Stores il-Marsa. Dan il-bejgħ mid-Dipartiment tad-Dwana jiġi organizzat b’mod regolari.