Futbol Sport

FUTBOL – Granqvist ivvutat l-aqwa plejer Żvediż

Andreas Granqvist

Għall-ewwel darba wara 10 snin, l-attakkant ta’ Manchester United Zlatan Ibrahimovic ma rebaħx l-unur tal-aqwa plejer Żvediż u kien id-difensur Andreas Granqvist li rebaħ dan l-unur.

Granqvist kien parti mit-tim li elimina lill-Italja mill-play-offs tat-Tazza tad-Dinja tal-2018.

Granqvist, li għandu 32 sena jilgħab mat-tim Russu ta’ Krasnodar u hu beda jilbes il-faxxa ta’ captain tal-Iżvezja wara li l-istess Ibrahimovic irtira minn mat-tim nazzjonali hekk kif intemmet l-Euro 2016.

Ibrahimovic kien ilu jirbaħ dan l-unur sa mill-2006 imma f’April ta’ din is-sena kellu jieqaf jilgħab minħabba injury serja f’irkopptu.

Hu beda minn fuq il-bank fil-logħba ta’ ġimgħa ilu bejn Manchester Utd u Newcastle u daħal fis-77 minuta flok Anthony Martial.