L-esperjenza ta’ Luigi Del Neri fit-tmexxija ta’ Udinese ntemmet illum, wara li l-klabb minn Udine ħabbar uffiċjalment it-tneħħija tal-kowċ flimkien mal-assistent tiegħu.
L-istqarrija tal-klabb ikkonfermat li del Neri u l-assistent Giuseppe Ferazzoli tneħħew mill-kariga, bil-klabb jirringrazzja lit-tnejn li huma tal-passjoni u d-dedikazzjoni li wrew kuljum fit-13-il xahar li għamlu fuq il-bankina tagħhom. Huma awgurawlhom għall-futur.
Is-suċċessur tiegħu hu Massimo Oddo. Hu kien preżenat u se jkun qed jieħu t-tmexxija biex jipprepara lit-tim għall-partita impenjattiva kontra l-leaders Napoli. Oddo fil-passat kellu kuntratt mad-diriġenza tat-tmexxija wara li Udinese kienu tilfu f’darhom 6-2 kontra Juventus.
Iżda r-rebħiet kontra Sassuolo u Atalanta salvaw il-pożizzjoni ta’ del Neri parzjalment. Madankollu t-telfa f’Udine kontra Cagliari reġgħet qajmet id-dubji u l-klabb iddeċieda li jieħu d-deċiżjoni finali.
//= $special ?>