Lokali Parlament

Il-Gvern se jdaħħal eluf mill-propjetà ta’ Triq Spinola f’San Ġiljan

Il-Kap Eżekuttiv tad-Dipartiment tal-Artijiet Carlo Mifsud ikkonferma li mill-bejgħ tal-propjetà fi Triq Spinola San Ġiljan, il-Gvern se jdaħħal eluf ta’ ewros u mhux is-somma ta’ €35 kif qed jallega l-Gvern.

Quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) xehed Carlo Mifsud, il-Kap Eżekuttiv tald-Dipartiment tal-Artijiet, li qal li l-aktar importanti hu li jinġabru l-flus li fadal u li jammontaw għal €292,000. Hu sostna li d-Dipartiment tal-Artijiet qed jiġri wara dawn il-flus b’ittri, telefonati u emails.

Is-sid tal-postijiet Vincent Farrugia qed jgħid lid-Dipartiment li se jħallas kollox sal-aħħar tas-sena wara li nqabżu żewġ pagamenti. Mifsud qal li Vincent Farrugia la ġie bil-pagament u lanqas bi proposta dwar il-ħlas. Il-pass li jmiss huma li jittieħdu passi legali għaliex Farrugia ma żammx kelmtu dwar il-ħlas.

Ix-xhud kompla li parti mill-binja hi tal-gvern u għalhekk il-proċess hu li meta jinġabru l-flus jinħarġu bonds u mhux il-flus jingħaddu lill-Knisja. Hu qal li l-Gvern mhux se jkun ħa €35 biss minn din il-propjetà iżda se jkun ħa eluf ta’ ewros. Jidher li l-iżball kien wieħed fuq il-pjanti u ma kinx intenzjonat.

Ix-xhud ikkonferma li f’dan il-każ id-Dipartiment kien qagħad fuq il-pjanti mgħoddija mill-klijent. Illum din is-sitwazzjoni qed tinqata’ għax ma jagħmilx sens li d-Dipartiment joqgħod fuq dak li jtih il-klijent bħala pjanti.

Dwar il-Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali, ix-xhud qal li dan kien kumitat li janalizza kull offerta li toħroġ. Illum hemm bord li jara l-offerti qabel dawn joħorġu. L-ewwel offerta tal-Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali kienet ta’ €950,000. L-Avukat tal-klijent issuġġerixxa li jkun hemm evalwazzjoni ġdida fl-ammont ta’ €550,000. Kienet se toħroġ offerta oħra li ħa ħarġitx u kien hemm qbil mal-kljient li jsir bejgħ. Dan wara li kien hemm proposta li jsir fidi ta’ ċens.

F’diversi minuti tad-Direttur Ġenerali kien hemm noti li l-file kien riferut lill-Ministru Tonio Fenech u lis-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi. Hemm ukoll firem dwar dan, sostna x-xhud, li kompla li l-Ministru Jason Azzopardi kien qed jgħid li jaqbel mal-proposta taċ-ċens.

Ix-xhud qal li kien hemm bidla fid-deċiżjoni u kompla li l-Ministru Azzopardi qed kkonferma u qabel ma’ minuta tad-Direttur Ġenerali Ian Schembri. Il-Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali ma bidilx il-pożizzjoni tiegħu ta’ valur ta’ €950,000 iżda l-Ministru Azzopardi ikkonkluda l-bejgħ fuq €550,000.

Ix-xhud kompla li s’issa d-Dipartiment għadu ma bagħtx ittra legali fuq il-pagamenti li għadhom pendenti. Sal-ġimgħa l-oħra Farrugia wieħed li se jħallas sal-aħħar tas-sena.

Fil-kumitat xehed ukoll Ernest Grech, Direttur ta’ Property Holdings, li kkonferma li hu xtara propjetà minn 80, 81 u postijiet oħra fi Triq Spinola San Ġiljan għak skopijiet ta’ żvilupp. Hu qal li ilu mill-2008 barra minn dan l-iżvilupp għax bigħ l-ishma lil Vincent Farrugia. Hu xehed li ma kellu l-ebda konnessjoni mal-każ li qed jitratta l-PAC. Ix-xhud xehed li numru 83 kienet l-uniku waħda b’ċens ta’ 150 sena u xtaq jifdi. Meta għamel applikazzjoni, qabżu fuqu u qalulu li dik kienet skadiet.

Il-kumitat aġġorana għal nhar it-Tlieta 28 ta’ Novembru 2017.

Tags