Lokali

Importanza ta’ setturi ekonomiċi ġodda

– Karl Gouder, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal li issa hu l-mument li l-pajjiż jidentifika niċeċ ġodda fl-ekonomija biex ikun assigurat li l-pajjiż jibqa’ jattira investiment fil-futur. Fost dawn is-setturi hemm il-fintech u l-cryptocurrency.

F’diskors fil-parlamnet dwar l-Estimi tal-Budget, Karl Gouder tkellem dwar l-investiment li l-pajjiż jattira u qal li minn stħarriġ li sar jirriżulta li fl-2016, 78% tal-persuni barranin li għandhom kumpaniji f’Malta qalu li 10 snin oħra Malta se tkun attraetenti biex iġġib l-investiment.

Jirriżulta li bejn l-2016 u l-2017 dan il-persentaġġ naqas għal 78%; li jfisser li disa’ fil-mija inqas tal-persuni li għandhom kumpanija f’Malta jaħsbu li Malta se tkun attraenti.

Mistoqsija oħra li saret kienet jekk dawn il-persuni jarawx il-preżenza tagħhom f’Malta tibqax għaxar sin oħra. Bejn l-2104 u l-2016 l-ammont ta’ investituri li għanfhom investiment f’Malta l-ammont ta’ nies li qalu iva dejjem tela’ iżda issa jidher li beda ritmu fejn dan qed jonqos.

Fir-realtà, fil-pajjiż fejn hawn ekonomija li miexja ‘l quddiem hemm sfidi li l-pajjiż irid joħodhom bis-serjetà. Il-pajjiż irid jiffaċċja dawn l-ifidi. Dmir il-pajjiż hu li fis-snin li ġejjn l-affarijiet imorru aħjar. Fir-realtà, waħda mill-problemi hi li l-pajjiż donnu ma jridx iħares lejn setturi ġodda tal-ekonomija

Malta tista’ tkun bażi tal-esperementazzjoni biex il-pajjiż ikompli jikber. Dan hu l-mument li jeħtieġ isir dibattitu għaliex hawn idea iktar ċara dwar fejn se tmur id-dinja fil-futur. Malta għandha tuża din l-informazzjoni biex tattira lejha setturi ġodda. Il-pajjiż għandu jipprepara l-għodod neċessajri għal dan is-settur.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza tal-edukazzjoni biex l-istudenti jkollhom l-għodod neċessarji biex jilqgħu għall-isfidi. Għalhekk għandhom ikunu identifikati l-ħiliet meħtieġa għall-istudenti. Il-problema tan-numru sostanzjali ta’ studenti li jħallu l-iskola kmieni għandha tkun trattat bi prijorità.

Dwar il-Belt Kulturali Maltija 2018, Karl Gouder jidher li għad m’hawnx interess biżżejjed biex investituri barranin jersqu lejn Malta. Għandha tingħata attenzjoni qawwija mhux biss għall-attivitajiet li se jsiru tul l-2018, iżda wkoll x’se jibqa’ wara.