Lokali Parlament

Jeħtieġ pjan strateġiku għal Għawdex..imfassal mill-korpi kostitwiti

– David Stellini, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Stellini appella biex jitfassal pjan strateġiku għal Għawdex; liema pjan ma jkunx imfasal mill-politiċi iżda jkun imfassal mill-korpi kostitwiti.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar l-estimi tal-budget, David Stellini qal li l-Gvern għandu l-obbligu li jgħin lill-Għawdxin għaliex l-istudenti għandhom bżonn iktar għajnuna mill-Maltin. Hu qal li s-surprlus għandu jinqasam tajjeb bħala ġid komuni mal-pajjiż kollu. Il-Gvern irid jirrikonoxxi li l-ħaddiema u l-istudenti Għawdxin għandhom bżonnijiet partikolari biex Għawdex ma jibqax jiddependi minn Malta iżda jsir mutur ekonomiku għal Malta.

Il-ġenituri Għawdxin għandhom piż finanzjarju iktar mill-Maltin għaliex l-istudenti Għawdxin iridu jħallsu l-kirjiet li jvarjaw bejn €440 u €700 fix-xahar għal appartament waqt li kamra tinkera madwar €300 fix-xahar. Meta jkun ikkunsidrat l-istipendju ta’ €230 fix-xahar, is-sitwazzjoni hi waħda diffiċli. Jeħtieġ li l-istudenti Għawdxin jirċievu iktar għajnuna milli qed jirċievu llum waqt li s-sussidju għandu jkun marbut mal-kirjiet tal-appartamenti.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex jinbnew żewġ hostels għall-istudenti Għawdxin f’Malta; waħda marbuta mal-MCAST u l-oħra mal-Università. Għandha ssir ukoll wesbite fejn l-Għawdxin isibu s-servizzi kollha. Għandu jkun hemm sinerġija bejn il-karrozzi tal-linja u l-Gozo Channel biex ma jkunx hemm stennija żejda mill-apssiġġieri.

David Stellini qal li l-bżonnijiet li għandu Għawdex kienu indirizzati ħafna fl-aħħar manifest elettorali tal-PN. F’dan id-dokument hemm il-bżonn tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex iżda din il-proposta ma ssemiet bl-ebda mod fl-aħħar budget ta’ Gvern Laburista. Din hi miżura mill-iktrr bżonnjuża.

Hu semma l-ipparkjar fil-Port tal-Imġarr u qal li fil-passat kien hemm iktar spazji għall-parkeġġ milli hemm illum. Importanti li Għawdex ikun ikkunsidrat bħala gżira reġjun fejn ikollu kunsill reġjonali u jkun imniżżel fil-kostituzzjoni bħala gżira reġjun.

Id-deputat Nzzjonalista semma n-negozjati fuq il-budget tal-UE għal numru ta’ snin u qal li jekk Malta tkun imniżżla bħala gżira reġjun, Malta tista’ targumenta li Għawdex jibbeenfika minn fondi tal-UE. Għawdex hu prodott turistiku partikoli għal diversi setturi. Jeħtieġ ukoll li jsir fibre optic cable ieħor; aspett li qed iżomm ċertu ivnestiment milli jmur Għawdex.

Sfida oħra hi li l-pajjiż jieħu ħsieb l-ispejjeż tal-istudenti Għawdxin tal-MCAST u tal-Univeristà. Għalhekk hu importanti li jsir il-Kunsill Reġjonali għal Għawdex biex dan jagħmel pressjoni dwar dawn il-ħtiġijiet. Il-Gvern qed jonqos milli jibda l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-viżjoni konkreti għal Għġawdex.

Jeħtieġ ukoll servizz ta’ trasport bjen Malta u Għawdex għall-vetturi tal-merkanzija. Għawdex għandu jkollu viżjoni differenti bi prodot turistiku differenti minn ta’ Malta. Wasal iż-żmien li ssir strateġija għal Għawdex li ma tkunx tal-politiċi iżda tkun miktuba mill-korpi kostitwiti Għawdxin.