Lokali Parlament

L-opportunitajiet fil-power station ħaduhom l-inġiniera Ċiniżi

– Ryan Callus, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus saħaq fuq l-importanza li l-aġġornament fil-professjoni tal-inġiniera jkun wieħed kontinwu u biex l-inġiniera Maltin u dawk barranin ikunu fuq livell wieħed.

F’diskors fil-parlament fid-dibattitu dwar l-Att dwar il-Professjoni tal-Inġinerija, id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li dwar il-power station il-fatti huma li l-opportunitajiet ħaduhom l-inġiniera Ċiniżi. Dwar il-warrant, Ryan Callus irrikonoxxa li hemm kwistjoni fuq il-warrant għall-istudenti li gradwaw mill-MCAST u qal li għandhom isiru proposti biex tissolva din il-problema. Hu qal li l-MCAST hi storja ta’ suċċess li mingħajrha l-pajjiż ma kinx ikollu in-numru ta’ studenti b’ħiliet kif hawn fil-pajjiż.

Ryan Callus kompla li kien fi żmien il-Gvern Nazzjonalista li l-inġinerija kienu diġà jsibu x-xogħol. Hu sostna lin r-rikonoxximent reċiproku hu elemwnt fundamentali fl-UE biex il-kwalifiċi jkunu rikonoxxuti fil-pajjiżi kollha tal-UE. Il-professjoni għandha tkun marbuta intrinsikament mal-prattiċi tal-lum fejn l-inġinerija għandhom ikunu aġġornati u kurrenti mal-bidliet li jsiru. Għalhekk il-korsijiet ta’ aġġornament huma fundamentali.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-inġiniera barranin li jiġu jaħdmu f’Malta u qal li b’din il-liġi, inġinier barrani jkollu dritt jaħdem fżMalta wara li jippreżenta ċ-ċertifikati lill-bord. Hemm numru ta’ bidliet li l-Kamra tal-Inġiniera qed tappella biex iknu diskussi biex l-Att tal-Inġinierija jkun aġġornat.

Għalhekk dawn il-proposti għandhom jitressqu biex l-Att dwar il-Professjoni tal-Inġiniera jagħti l-aħjar opportunitatjiet biex jipprattkaw u biex l-iniġiera Maltin jkunu rikonoxxuti fuq lvell Ewropew. L-importanti hu li l-kundizzjonjiet ikunu kollha l-istess.